Make your own free website on Tripod.com

Vittoriosa Stars FC

History of Vittoriosa Stars

Vittoriosa S. F.C.
100 Sena Ta'Stars
Latest News
Last Week's Results
Match Reports
Youths - Minors
Vittoriosa Stars Supporters Club
Contact Me
Photo Gallery
Standings & Fixtures
Vittoriosa Stars FC Players 06/07
Commitee
Related Links

Li Storja tal-Vittoriosa Stars FC

                       Club kbir bi Storja kbira
 
Il-Club tal-Vittoriosa Stars gie imwaqqaf fis sena 1906. Fl-1906 certu Felic Grima, guvni ta mhux aktar minn dsatax il-sena waqqaf l-ewwel team bl-isem ta Vittoriosa Melita. L-isem "Melita" donnu kien xi haga popolari fil-Birgu peress li kien hemm diga Socjeta Mandolinistika immexxija minn Joseph Borg "Melita" li kellha l-unur li tkun l-ewwel socjeta fil-armonika li ddoqq l-Innu Nazzjonali Malti ghall-ewwel darba nhar is-Sibt, 3 ta Frar 1923 fit 3.30 ta wara nofs inhar. Ghalekk bla ma trid tinnota r-rabta li ghezistiet fil-Birgu madwar sebghin sena ilu.
 
Nergghu ghal football fejn tajjeb li ninnotaw li Grima stess kien ihejji friendlies bhal nghidu ahna Floriana ta Robbie Naudi u ohrajn peress li dak iz-zmien ma kienx ghad hawn kampjonat lokali.
 
Nhar l-ewwel ta Mejju 1908 il-"Melita" laghbu Challenge Cup Final kontra Senglea Shamrocks taht id direzzjoni tar-Referee Seargent Webb.Il-partita intemmet draw ta 1-1 izda fir-replay milghuba gimgha wara din id-darba taht il-harsien ta Liutenant Ramsy,Vittoriosa hargu rebbieha b'goal uniku.
 
Kienu l-ewwel snin tal-football izda deher bic-car li l-players ta dak iz-zmien bdew jibnu sisien sodi ghal players ta min jaf kemm il-generazzjoni wara. Players ta dak iz zmien kienu: German, R.Graham, Mallia, E.Depasquale, C.Rogers, J.Dingli, J.Rodo, A.Mifsud, D.Bosco, J.Micallef, u fuq kulhadd Cikku Grima li wara kellhu storja kurjuza marbuta mieghu.
Ufficjali kienu s-Sinjur J.Galea u Felic Grima - Il-Fundatur tal-Football fil-Birgu.
 
Is-successi bdew gejjin u nhar il-Hadd 19 ta Marzu 1911 tilfu Challenge Cup kontra Valletta United bl-iscore ta 2-1, u sena wara hadu sehem ghall-ewwel darba fil- "Cup Tie Competition" tal-ewwel Divizjoni u ghad li tilfu l-ewwel konfront kontra Sliema Wanderers bl-iscore ta 1-3 wara rebhu b'goal uniku izda tilfu posthom minhabba l-goal average.
 
Fl-Ewwel Divizjoni:
 
Ghall-ewwel darba VITTORIOSA MELITA ddebuttaw fl-ghola divizjoni. Kien l-1912 u minn tmien timijiet spiccaw ir-raba fejn ghad li tilfu erba partiti kellhom l-unur li jirbhu l-ewwel konfront kompetittiv kontra St.Georges ta Bormla u anke Kontra Senglea Shamrocks. Kienu l-ahjar sintendi fil-Kottonera. L-ghira ta bosta.
 
Wara dan is-success Vittoriosa bejn l-1913 u l-1917 fi tlett kampjonati xejn ma rebhu punti tant li minn sittax-il partita tilfuhom kollha u barra li sofrew 68 goals, skurjaw wiehed biss.
Fl-1914 sofrew l-akbar telfa fl-istorja tal-football fil-Birgu meta tilfu 11-0 kontra Valletta United li kienu gew inkurunati Champions Lokali. Fl-istess sena, sar l-aktar kaz kurjuz minn meta bdew jiltaqghu kontra xulxin Birgu u Bormla u din kienet il-partita hekk maghrufa bhala tal-"Hamsa Cikk".
 
Il-kaz beda meta Vittoriosa ftehmu li jhennu anzi jcedu lil Bormla sabiex dawn ta l-ahhar jirbhu il-league b'punt vantagg fuq Hamrun Spartans. Il-ftehim kien li St.Georges jiskurjaw goal wiehed biss, izda gara li dawn skurjaw hamsa w il-partitarji bdew jghajjru lil Cikku Grima b' "Hamsa Cikk!". Wiehed partitarju mill-Birgu kixef il-ftehim kollu mal-M.F.A li b'hekk il-Bormlizi spiccaw biex xorta tilfu l-League.
 
L-istagun 1923/1924 kellu jkun l-aktar wiehed memorabbli ghar-Rangers fejn barra milli spiccaw it-tieni fil-kampjonat Nazzjonali kienu wkoll finalisti fil-"Cousis Shield" (qabel l-FA Trophy) u fil Portanier Cup". Kienu wkoll semi-finalisti fil-Cassar Cup izda tilfu kontra Gordon Highlanders Players ta dik l-epoka kienu Balzan goalkeeper u Cacciattolo captain, A.Chetcuti, S.Galea, Brincat, Schembri, Sevartaste, Cacciattolo, Hili u Galdies bhala left winger.
Sena wara saru Rovers u spiccaw f'nofs il-klassifika fejn mill-gdid tilfu fil-Cassar Cup kontra Gordon Highlanders wara li l-ewwel partita spiccat draw ta 0-0.
 
Hawnhekk ta min isemmi li ghall-ewwel partita tal-M.F.A. XI, kien inghazel il-left wing Ganni Galdies u dan skorja it-tieni goal mit-tlieta tal-Maltin fir-rebha ta 3-1 kontra Hajducks tal-Jugoslajva f'April 1925.
 
Dik is-sena laghbu wkoll partita ta hbiberija kontra l-East Lancs Regiment fejn rebhu bl-iscore minimu ta 1-0 skurjat mill-Ingliz Bennett. L-Inglizi kienu ghadhom ma tilfux partita dak l-istagun biss Vittoriosa kienu hadu madwar hames players tan-Navy.
Felic Grima, jghid dan dwar din il-partita: "Wara l-loghba, s'C.O. qalli li huwa kien jahseb li ser jilghabu mal-Vittoriosa u mhux kontra Sant' Anglu". "Well!" irrispondejtu. "St.Angelo is in Vittoriosa as well".
 
B'team aqwa minn qabel:
 
Wara xi dewmien bla ma ppartecipaw f'loghbiet kompetittivi, fl-1921 dahlu fit-tieni divizjoni bl-isem ta Rangers li kienu adottaw fl-1916. Ippartecipaw fl-ewwel divizjoni fl-1922 u ghall-partita kontra St.Georges regghet inqalghet kwestjoni ohra kurjuza. Tajjeb, l-ewwel partita fl-1 ta April 1923 spiccat draw. Fil-15 ta April regghu iltaqghu ghar-replay izda ir-referee ma marx u ghalekk il-partita ma saritx sabiex meta gimgha wara kellha ssir, il-Birgu spiccaw biex ma nisluz ghall-loghob u ghalekk St.Georges hadu walk over.
 
B'dan l-aneddotu, naqilbu ghall-1927/28 fejn bhala Amateurs saru Athletic fejn damu sal-1930/31, biss kienu bejn dawn l-istaguni meta kisbu whud mill-aqwa unuri li joffri l-kamp dilettantistiku Malti.
 
Dan it-team, mimli zaghzagh anke mhux mill-Birgu bhalma kien Joe H.Griffiths ex-Melita u ex-President tal-Malta Football Coaches Association. Dawn, kienu jiltaqghu f'kamra fuq il-hanut tax-xorb li kien mal-hajt fil-pjazza dik in-naha fejn hemm il-Kurcifiss mal-kantuniera.
 
Kemm damu amateurs, laqtu l-ghajn ta kulhadd specjalment meta rebhu c-Championship tat-tieni divizjoni fl-1927/28 u fl-1930/31 fejn f'dawn iz-zewg staguni qatt ma tilfu partita.
 
Mhux se nsemmi ismijiet ta partitarji akkaniti izda ma nghamel xejn hazin jekk naccena l-isem ta Ganni Galea illi minkejja mimli bl-ghomor baqa jghin lil-club bl-ahjar mod. J'Alla kulhadd bhalu.
 
Wiehed mill-aqwa f'Malta:
 
Wara l-ismijiet li kellhu it-team tal-Birgu bhall dawk fosthom
Rangers,Rovers,Athletic u United it-team tal-Birgu sar jismu Vittoriosa Stars. Tajjeb li wiehed jinnota li l-club kien diga rebah bosta unuri sabiex spicca l-ghira ta hafna timijiet f'pajjizna. Fl-1923/24, kien finalist fil-Cousis Shield u Portanier Cup, runners-up fil-league wara Sliema Wanderers u semi-finalist fil-Cassar Cup. Fl-istaguni 1927/28 u 1930/31, saru Champions tat-tieni Divizjoni fl-Amateur League.
 
Fl-1934 saret it-tibdila radikali sabiex twieled il-club li rebah l-ammirazzjoni ta kulhadd fil-penisula "REBBIEHA" tal-Birgu. Il-kumitat ta Vittoriosa Sparta iltaqa ma dak tal-Vittoriosa United sabiex jigi formulat kif kellha ssir l-amalgamazzjoni u jitwaqqaf isem taht l-isem ta "Vittoriosa Stars".
 
Bosta mis-successi miksuba fl-ahhar snin ghadhom friski wisq sabiex nirrevokawkhom. Bosta miz-zghazagh tal-Birgu ghadom jiftakru r-rebh tas-Sons of Malta Cup fit-tielet Divizjoni fl-1970/71 flimkien mac-celebrazzjoni f'nhar l-Irxoxt fl-Istagun ta qabel fejn irbahna s-section permezz ta draw kontra Naxxar Lions. Is-Successi fix-Schreiber tkomplew bir-rebh tan Knock-Out fuq Marsaxlokk u l-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni fejn l-ewwel sena wasalna sahansitra finalisti fin-Knock-Out kontra ir-rivali terni St.Georges fejn sfortunatament ghad li territorjalment konna superjuri b'xi mod tlifna 2-3 sabiex is-success miksub dan l-istagun meta spiccajna runners-up huwa bla dubju ferm misthoqq. Hsaqna bla dubju ferm misthoqq. Hsaqna l-frott tal-ahhar erba staguni grazzi ghad-determinazzjoni.
 
Ergajna mal-kbar fl-1 Divizjoni. Fl-1975/76 u fl-1976/77, minn wara dawn id-dati t-team gie relegat u dejjem qbajna 2nd div. u 3rd div. rispettivament.
 
Fis-sena 1988 it-team rebah il-Promotion ghat 2 divizjoni u tlifna postna sena wara biex ergajna ghat 3 divizjoni. Fis-sena 1990/91 il-kumitat wahhal f'rasu li ninqalghuminn hemm u propju f'dak is-season, it-team rebah il-Promotion u Championship tat-tielet divizjoni minghajr telfa u kien l-aktar team li skorja goals - 50, wiehed u b'hekk ergajna gibna l-isem tal-Vittoriosa Stars fil-gholi kif dejjem kien jixraqlu bhala wiehed mill-Pijunieri tal-Football Malti.
 
 
INNU TAL VITTORIOSA  STARS:
 
                                                    Muzika u versi:
                                                    Paul Caruana
                                                    28/12/75
 
Ghandna f'Beltna l-glorjuza Vittoriosa
Tim tal-futbol mill-ahjar.
Ghandna tim jaghmel gieh lill-futbol Malti,
Ahna l-Vittoriosa Stars
 
Mel' ejjew vuci wahda ghidu maghna
Seww il-kbar u kemm iz-zghar,
"Viva dejjem Vittoriosa.
Viva l-Vittoriosa Stars.
Viva dejjem Vittoriosa.
Viva l-Vittoriosa Stars"
 
Goal, Goal , Goal.
 
Forza, Forza
Tim tal-Qawwijin
Forza , Forza
Tim tar-rebbihin
Forza , Forza
Vittoriosa Stars.
 
Ghaliex ahna t-tim tal-Birgu
Maghna ma taghmlu xejn
Ghaliex ahna t-tim tal-Birgu
Vittoriosa Stars.
 
Vittoriosa minn dejjem belt rebbieha
Belt li telfa qatt ma rat
Ghax mdawwra bis-swar u dejjem shieha.
Belt mibnija fuq l-blat.
 
Mel'ejjew vuci wahda .....
 

Il-Gym tal-Vittoriosa Stars
 
Il-Vittoriosa Stars ghandom gym zghir fil Kazin taghhom. Dan il-gym juzawh il-players ta li-Stars. Il-Players jghamlu session darba fil gimgha biex izommu il-fizika b'sahhitha taghhom. Meta xi player ikun injured jew nieqes mil-fitness, juza dan il-gym u jerga jirkupra il-fitness u is-sahha fizika tieghu.

 
• Vittoriosa Stars FC Official Website. Webmaster: Darren Agius.