Vittoriosa Stars FC

100 SENA TA' STARS

Vittoriosa S. F.C.
100 Sena Ta'Stars
Latest News
Last Week's Results
Match Reports
Youths - Minors
Vittoriosa Stars Supporters Club
Contact Me
Photo Gallery
Standings & Fixtures
Vittoriosa Stars FC Players 06/07
Commitee
Related Links

Il-Mixja Lejn L-Istars

Il-Bidu Tal-Futboll fil-Birgu… L-Vittoriosa Melita…

Il-Vittoriosa Stars hu Klabb ibbazat fil-Belt Vittoriosa, Belt zghira bi storja kbira. L-istorja kalcistika fil-Belt tal-Kavallieri tara l-origini taghha fis-sena 1906. Kien Felic Grima, guvni ta’dsatax-il sena li waqqaf l-ewwel tim fil-Birgu, bl-isem ta’ Vittoriosa Melita.

Fl-1908, Il-Vittoriosa Melita rnexxielhom jaslu sal-finali tac-Challenge Cup. L-ahhar ostaklu kien it-tim ta’ Senglea Shamrocks. Din il-finali ntlaghabet nhar l-ewwel ta’Mejju 1908 u ntemmet fi draw ta’wiehed b’wiehed. Il-partita kellha tigi ripertuta gimgha wara. Gimgha wara z-zewg timijiet regghu ltaqghu, izda din id-darba l-Vittoriosani hargu rebbieha fuq il-girien, wiehed b’xejn. Dak inhar il-Vittoriosa Melita gabu l-ewwel unur kalcistiku lejn il-Belt Rebbieha, ic-Challenge Cup. Il-Vittoriosa Melita fl-1911 regghu waslu sal-finali tac-Challenge Cup. Din id-darba quddiemhom kien hemm Valletta United. Il-finali tal-Hadd 19 ta’Marzu 1911 intemmet tnejn b’xejn favur il-Beltin, bil-Vittoriosa Melita Runners-Up.

L-1912, kienet is-sena tad-debutt tal-Vittoriosa Melita fl-ghola divizjoni. Din is-sena kienet ukoll is-sena ta’l-ewwel derby kompetittiv bejn Birgu u Bormla. Il-Vittoriosani hargu rebbieha fuq il-Bormlizi, mhux biss, izda hargu rebbieha fuq is-Sengleani wkoll. Il-Vittoriosani kienu l-aqwa tim fil-Kottonera, l-ghira ta’bosta.

Il-Vittoriosa Rangers

Fl-1916 il-Vittoriosa Melita bidlu l-isem f’Vittoriosa Rangers u wara xi zmien ma jiehdux sehem f’patiti kompetittivi, fl-1921 iddebuttaw fil-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni.

Il-Vittoriosa tkompli tkun protagonista ewlenija fix-xena tal-futbol Malti permezz tal-Vittoriosa Rangers. Ir-Rangers fl-istagun ta’ l-1923/1924 irnexxielhom jaslu fit-TIENI post fil-league Nazzjonali, finalisti tal-Cousis Shield (illum l-F.A. Trophy), finalisti tal-Portamier Cup u semi-finalisti fil-Cassar Cup. Issa bis-sahha tal-Vittoriosa Rangers, il-Belt Vittoriosa ma kienitx biss l-aqwa fil-Kottonera izda wkoll fost l-aqwa f’Malta.

Minn Rangers Ghal Rovers:

L-istagun ta’ l-1924/1925 jerga jara l-Birgu protagonist, meta ir-Rovers irnexxielom jaslu ghal darb’ohra finalisti tal-Cassar Cup u temmew il-League f’nofs il-klassifika. Fl-istagun 1946/47 kienu l-Vittriosa Rovers l-unika tim li gheleb lil Floriana Ajax fil-League, wiehed b’xejn.

Il-Vittoriosa Fl-Amateur League:

Fl-istagun ta’l-1927/1928 il-Vittoriosani iddebuttaw ma l-Amateurs bl-isem ta’ Vittoriosa Atheltics. Hawn b’tim zghazugh iddominaw u rebhu l-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni bla ma tilfu loghba. Il-Vittoriosani regghu irrepetew dan is-success grandjuz fl-istagun 1930/31, fejn regghu gew inkurunati Champions tat-Tieni divizjoni bla qatt mgheluba.

Isiru Stars:

Fis-sena 1934 kien imiss isiru Stars. Dan kien possibli bil-fuzjoni tal-Vittoriosa Sparta u l-Vittoriosa United. Issa fil-penizola Vittoriosana tfaccaw l-Istars. Dun Jimmy Brincat introduca l-motto tat-tim tal-Birgu "PER LUDOS AD ASTRA" li bil-Malti jghid "BIL-LOGHOB NITILGHU FL-ISTILEL".

Jibdew jirbhu:

Fl-1938/39, qabel mal-gwerra li ratna rebbieha fuq l-ghadu Faxxi-Nazzista waqfet il-futbol Malti, l-Istars kienu ga saru Champions ta’ Section A tat-Tielet Divizjoni u rebhu l-Intersection Final kontra Valletta Prestons. L-ewwel partita ntemmet fi draw ta’wiehed b’wiehed u fir-replay l-Istars hargu rebbieha tlieta b’xejn.

 

Fl-1955/56 L-Istars regghu mal-kbar wara li fl-istagun ta’qabel rebhu l-promozzjoni bla ma qatt sfaw mgheluba. L-unuri komplew joktru. Fl-1970/71 il-Vittoriosa Stars jaghmlu taghhom is-Sons Of Malta Cup tat-Tielet Divizzjoni. L-istgun ta’ qabel l-Istars kienu rebhu s-Section u Knock-Out. L-istaguni 1975/76, 1976/77, regghu raw lill-Vittoriosa Stars fejn jixraqilhom, ma l-akbar Klabbs ta’Malta.

L-Ahmar Tal-Birgu L-Ahmar Ta' Malta
 
Il-Belt Vittoriosa dejjem laghbet rwol ewlieni fl-istorja tan-Nazzjon Malti. Fil-futbol dan ir-rwol il-Penizola Rebbieha izzommu permezz tal-Vittoriosa Stars. Fi Frar ta' l-1957 it-tim Nazzjonali Malti ghamel l-ewwel dehera tieghu fix-xena internazzjonali fl-Empire Stadium fil-Gzira kontra l-Awstrija. Ghal dik il-partita storika it-tim Nazzjonali Malti libes il-flokk tal-Vittoriosa Stars. Il-loghoba kienet intemmet fi draw ta' 1-1. Hu ta' unur kbir ghall-Klabb ta' 16 Triq Desain, ghall-Birgu u ghall-Vittoriosani, li l-flokk tal-Birgu f' dik il-partita storika kien il-flokk ta' Malta kollha.
 
Success Wara Success Lejn L-Istilell  
 
Fis-sena 1988 l-Istars jergghu jaghmlu taghhom promozzjoni ohra, il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. Fl-istagun 1990/91, il-Vittoriosani jergghu jigu nkurunati Champions tat-Tielet Divizjoni. Champions ta' vera, ghax f'dak l-istagun hadd ma kien kapaci jwaqqaf il-mixja tal-Vittoriosani. Stagun shieh bla telfa, mhux biss, izda kienu wkoll l-aktar tim li skorja goals, 49 wiehed.
 
Fl-1994 it-tim Vittoriosan jerggha jiehu postu fl-Ewwel Divizjoni. Mhux biss, izda fil-ground Nazzjonali l-Istars ghelbu lil Zebbug Rangers 3-2 fil-Finali tan-Knock-Out tat-Tieni u t-Tielet Divizjoni.
 
Tiftakruha Din?
 
Kien l-annu 2002, id-Derby tal-Kottonera, Birgu, Bormla. Kienet loghoba deciziva, min jitla' Second. Is-Centenary Stadium kien ippakjat bin-nies. Rebha biss kienet tiswa ghall-Vittoriosani, bi draw kienu jitilghu l-Bormlizi. Fis-16-il minuta, Charles Cuschieri fetah l-iskor ghar-Reds. Fit-38 minuta Bormla jgibu d-draw permezz ta' Joseph Mizzi. Tal-Birgu kienu ferm superjuri imma kien jonqos il-goal. Il-goal jasal, Charles Cachia bir-ras gheleb lill-goalkeeper avversarju. Hekk l-Istars rebhu l-promozzjoni. Hekk kif il-Belt Vittoriosa regghet ghal darb'ohra harget rebbieha fuq il-girien. 
 
Jghalqu Mitt Sena u jitilghu First
 
L-2006 kienet is-sena ta' gheluq il-mitt sena ta' futbol fil-Birgu u dan ic-centinarju l-Vittoriosani iccelebrawh bil-kbir. Il-Vittoriosa Stars f'gheluq il-mitt sena regghu ghamlu taghhom il-promozzjoni ghall-First Division. Dak inhar fit-toroq tal-Belt Rebbieha specjalment f'Misrah ir-Rebha u fi triq Desain kien hemm festeggamenti kbar, kif jafu jaghmlu ulied il-Belt Rebbieha.
 
 
MUMENTI MEMORABLI

 
• Vittoriosa Stars FC Official Website. Webmaster: Darren Agius.