|
 |
Mill-Euro-Sport st Division Knock-Out:
Vittoriosa S. 1
Senglea Atl.
3
LOGHBA DELUDENTI
Il-Vittoriosa Stars sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali ta' l-Euro-Sport
Knock-Out ta' l-ewwel divizjoni, mir-rivali Senglea Atl. L-Istars naqsu milli jikwalifikaw wara li tilfu fil-Ground tal-Hibs
tlieta b'wiehed. Aktar mir-rizultat hi nkwetanti l-wirja hazina tat-tim tal-Birgu.
Il-loghba mill-ewwel bdiew hazin ghall-Istars. Wara biss zewg minuti, free-kick
ta' Silvio Sciberras, jghola tajjeb Gatt li bir-ras fetah l-iskor ghas-Sengleani. Seba' minuti biss wara jasal it-tieni goal
ghall-Isla minn azzjoni identika ghall-ewwel goal. Free-kick ta' Sciberras u bir-ras Timothy Thomas jaghmilhom tnejn.
L-Istars irreagixxew u kellhom zewg opportunitajiet tad-deheb li jiskorjaw,
l-ewwel permezz ta' Cedrick Sciberras u ftit wara, Trevor Thomas wahdu quddiem Attard naqas milli jiskorja.
Fit-23 minuta, daqqa ta' harta ohra ghas-supporters tar-Reds, meta Timothy
Thomas skorja t-tieni goal personali tieghu u t-tielet ghal Senglea Atl. Fis-27 minuta s-Sengleani setghu ghamluhom erbgha
li ma kienx ghal Cassar li salva tajjeb fuq Timothy Thomas.
L-Istars fit-tieni taqsima deheru ahjar mill-avversarji izda kienu halja wisq quddiem il-lasta difiza minn Attard.
Il-goal tal-bandiera ghall-Istars gie minn penalty. Trevor Thomas gie mwaqqa fil-kaxxa u bla ezitazzjoni d-direttur tal-partita
ippunta lejn l-ispott. Mill-hdax-il metru Trevor Thomas naqqas id-distakk, ghar-rizultat finali, Vittoriosa Stars wiehed Senglea
Atl. tlieta.
VITTORIOSA STARS: I.Cassar; S.Calleja, R.Adami, J.Camilleri, I.Zammit,
S.Portelli (C.Cachia), L.Scerri, T.Thomas, U.Anywanna, D.Gatt, C.Sciberras
SENGLEA ATL.: G.Attard; L.Attard, D.Cosaitis (T.Ghirxi), D.Grech, F.Ellul, T.Thomas (J.Fsadni), S.Sciberras,
J.Gatt (B.Zerafa), E.Azzopardi, M.Borg, G.Bonello
Referee: Savour Tanti
___________________________________________ |
 |
Mill-Kampjonat ta'L-1 Divizjoni:
Vittoriosa S. 0
St.Patrick's 2
HLOQNA IMMA MA HSADNIEX
L-Istars holqu hafna imma kienu is-Saints li hadu t-tlett punti.
It-tim tal-Birgu kien superjuri ghal hin twil, izda sfortunatament naqas
milli jsarraf din is-superjorita tieghu f' goals.
Il-Vittoriosani hargu tajjeb hafna u tefghu kollox fuq l-attakk. Fl-10
minuta Charles Cachia jqassam lil Adami li minn barra l-kaxxa jispara ftit barra.
Fl-14-il minuta St.Patrick's immorru fil-fantagg bl-ghinuna tal-furtuna.
Cross-shot ta Micallef, Cassar isalva imma sfortunatament il-ballun jahbad mal-minduda u jidhol fix-xibka. Issa z-Zabbarin
bdew jilghabu b'aktar kunfidenza u setghu jirdoppjaw b'daqqa ta' ras ta' Fleri Soler li ma kienx ghall-intervent providenzjali
ta' Privitelli li salva fuq il-linja.
L-Istars regghu perikoluzi fit-48 minuta, cross insidjuz t' Adami, l-attakkanti
tar-Reds lesti biex jitfghu l-ballun gewwa imma l-ballun gie intercettat minn Zerafa.
Fit-53 minuta Scerri jqassam lil Anywanna, Anywanna jdur tajjeb imma ix-xutt
tieghu minn madwar tnax il-metru jispicca ftit barra.
Il-Vittoriosani jkomplu jattakkaw. Adami jghati lil Cachia li bir-ras jolqot
il-lasta. Ftit wara jerga jkun Cachia li jinpenja f'save difficli lil David Casssar. Adami ghal darb' ohra jerga jkun perikoluz
bl-overlapping tieghu, izda wahdu mal-goalkeeper jara x-xutt tieghu jigi salvat.
Fl-80 minuta z-Zabbarin jergghu jersqu lejn il-lasti difizi minn Ivan Cassar.
Fleri Soler bir-ras isalva Burke, il-ballun jigi ghand Dimeck li jinpenja lil Cassar f'save stupend, save li juri t-talent
kbir tal-goalkeeper tal-Birgu.
Fit-88 minuta Scerri jerga jkun perikoluz imma l-cross-shot tieghu jigi
devjat f'corner mill-goalkeeper Zabbari.
Fid-90 minuta Abela gie imwaqqa minn Hughes, ir-Referee jsaffar penalty.
Mill-hdax-il metru jinkariga ruhu l-istess Abela li mma jfallix. Sabiex il-partita tintemm tnejn b' xejn favur is-Saints.
ST.PATRICK: D.Cassar; S.Dimech, R.Cassar, M.Zerafa, M.Fleri Soler, S.Zerafa, K.Micallef (S.Magro),
S.Costa Brazilino, M.Xerri (V.Camilleri), C.Micallef, K.Abela
VITTORIOSA S: I.Cassar; S.Calleja,
R.Adami (H.Hughes), J.Camilleri, S.Privitelli (R.Galea), L.Scerri, T.Thomas, E.Amaira, U.Anywanna, C.Cachia (D.Burke), C.Sciberras.
Referee: Paul Caruana
___________________________________________
|
Vittoriosa S. 4
Tarxien R.
1
L-ISTARS JILGHABU TA' STARS
Fil-Ground tal-Hamrun, il-Vittoriosa Stars hargu rebbieha fuq Tarxien, erbgha b' wiehed. Bla
ebda dubju r-rizultat jixehed il-partita. L-Istars kienu fl-livell gholi wisq sabiex ta' Tarxien setghu jilhquhom.
Il-loghba ghall-Homor bdiet f' telgha. Fl- 20 minuta, cross ta' Ryan Darmanin apparentament
jahbat m' id Sandro Calleja u r-Referee jordna penalty. Mill-hdax il-metru Alan Tabone sab ix-xibka.
Il-Vittoriosani ghamlu reazzjoni kbira u fis-26 minuta wiegbu ghall-goal ta' Tabone b'goal
stupend ta' Anywanna. Uchenna Anywanna jerga jiskorja fid-29 minuta. Cross ta' Donald Gatt, il-goalkeeper ta' Tarxien johrog
hazin u Anywanna jaghmilhom tnejn b' wiehed.
Issa ir-Reds hadu l-partita f'idehom, Tarxien ma jistghu jaghmlu xejn hlief jippruvaw jillimitaw
id-danni. Imma fil-50 minuta Trevor Thomas zied l-iskor ghar-Reds, meta minn barra l-kaxxa ixxuttja u jgheleb lill-Curmi.
Fis-70 minuta Tarxien laqtu l-minduda minn free kick ta' Alan Tabone. L-istars komplew joholqu. Lucciane
Scerri jaqbez tlett avversarji bil-velocita' tieghu imma l-konkluzjoni tieghu tghaddi ftit barra.
Fid-90 minuta Anywanna jikkontrolla tajjeb, jqassam lil Charles Cachia li kien zmarkat u Cachia
jaghmilhom erbgha. Sabiex ir-rizultat finali jkun Vittoriosa A. erbgha Tarxien R. wiehed.
VITTORIOSA S.: I.Cassar; S.Calleja, R.Adami, T.Thomas (C.Cachia),
J.Camilleri, C.Sciberras, S.Privitelli (E.Amaira), L.Scerri, H..Hughes (I.Zammit), U.Anywanna, D.Gatt
TARXIEN R.: A.Curmi, M.Caruana, J.Francica, O.Grech, S.Farrugia, S.Shead (M.Micallef),
A.Tabone, J.Schembri (G.Cutajar), P.Camilleri, M.Okoro, R.Darmanin
Referee: Jurgen Spiteri
Il-Player tal-loghba skond is-Supporters Club
Uchenna Anywanna
_______________________________________
Vittoriosa S. 0
Senglea Atl. 0
L-ISFORTUNA ICCAHHAD REBHA
MISTHOQQA LIR-REDS
Fil-Victor Tedesco Stadium id-derby Birgu,
Isla jintemm bla goals.
L-ewwel taqsima ghofriet ftit emozzjonijiet,
ghalkemm il-Homor deheru ahjar mill-avversarji. Il-konfront ha aktar hajja fit-tieni taqsima, fejn il-Vittoriosa Stars
holqu bosta opportunitajiet ta' skor. L-ewwel ikun Trevor Thomas li jara x-xutt tieghu salvat minn Attard. Attard jerga jkun
protagonist, wara pass inteligenti tas-sostitut Zammit, Scerri minn puzizzjoni tajba jixxutja bil-mod u Attard isalva. jergghu
jkunu l-Istars permezz ta Anywanna li bir-ras minn pozizzjoni favorevoli jitfa gholi. Imma l-ahjar cans jigi f'saqajn Zammit.
Zammit fil-kaxxa, jaqbes player, jaqbes iehor imma x-xutt tiegh jispicca gholi, barra mill-lasti difizi minn Attard.
Biex hekk id-derby tal-Kottonera jintemm 0 - 0, rizultat li jikkomoda liz-zewg timijiet ghall-fini ta' klassifika, biss bhala
loghob l-Istars kien jisthoqqijhom it-tlett punti.
Fil-loghba ta' qabel din, fil-Victor
Tedesco Stadium, il-Leaders Mqabba ghelbu lil Naxxar Lions 4 - 2. Dan ir-rizultat jiffavorixxi lill-Vittoriosa Stars fit-taqtiegha
ghas-salvazzjoni fl-Ewwel Divizjoni.
___________________________________________
Vittoriosa S. 3
San Gwann F.C. 0
LOGHBA TA' STARS!
Il-Vittoriosa Stars, fil-Victor Tedesco Stadium taw spettaklu u ghelbu lit-tim
ta' San Gwann tlieta b' xejn.
L-ispettaklu ta' l-Istars beda mat-tisfira ta-r Referee Andrea Arciola. Fil-fatt
ga sa l-ewwel erba' minuti mill-ftuh tal-partita ir-Reds kienu ghavgu lill-avversarji fil-kaxxa taghhom u sahansitra irnexxielom
jerbhu zewg corners.
Fir-raba' minuta corner ta' Donald Gatt, daqqa ta ras stupenda ta' Sciberras
tispicca fix-xibka fost il-ferha tas-supporters Vittoriosani. Imma r-Referee minn flok tah goal kif kien xieraq, inspjegabilment
saffar foul inezistenti fuq il-goalkeeper ta San Gwann Justin Spiteri. Imma l-ferh tal-Vittoriosani kien biss pospost ghall-minuta
36, meta minn free kick mghoti minn Adami jerga' jkun Cedric Sciberras li gheleb lil Spiteri bir-ras. L-ewwel taqsima inghalqet
kif bdiet bil-Birgu jattakkaw u San Gwann jissaraw biex jillimitaw il-hsara.
Il-Vittoriosani fit-tieni taqsima hargu b'aktar grinta w kuragg, imbuttati u
nkoraggati minn folla sabiha ta' supporters li ma waqfux jinkoraggaw lit-tim taghhom. Fil-minuta 46, minuta biss minn ftuh
it-tieni taqsima l-Birgu jergghu jmorru vicin li jirduppjaw wara li xutt ta' Anywanna mar ftit barra bil-goalkeeper mghelub.
Minuta biss wara Trevor Thomas jaqbes zewg difensuri, imma x-xutt tieghu ma jkunx preciz. Fil-51 minuta l-Homor ghamluhom
tnejn, cross ta' Guazzo mill-lemin u Uchenna Anywanna skorja it-tielet goal tieghu f'dan l-istagun. Zewg minuti biss wara,
Adami jircievi minghand Anywanna imma x-xutt tieghu gie salvat tajjeb minn Spiteri. Fl-54 minuta l-Istars ghamluhom tlieta
permezz ta' Trevor Thomas.
Il-Vittiriosa Stars taw wirja straordinarja li zgur li paxxiet lis-supporters
kollha li kienu l-ground. Tajjeb ukoll ninnutaw li din kienet l-ewwel loghba li fiha ma qlajniex goal.
VITTORIOSA S. I.Cassar; S.Calleja, R.Adami, J.Camilleri,
S.Portelli (H.Hughes), L.Scerri, T.Thomas (R.Galea), A.Guazzo (E.Amaira), U.Anywanna, D.Gatt, C.Sciberras.
SAN GWANN F.C. J.Spiteri;
A.Gatt (M.Francica), L.Vella Critien, M.Buttigieg, A.Galea (R.Brincat), C.Cuschieri (C.Gatt), S. Zammit Fava, A.Decesare,
M.Brincat, K.Sciberras, N.Stajic.
Referee: Andrea Arciola.
|