Il-Mixja Lejn L-Istars
                           Il-Bidu Tal-Futboll fil-Birgu… L-Vittoriosa
                           Melita…
                           Il-Vittoriosa Stars hu Klabb ibbazat fil-Belt Vittoriosa, Belt
                           zghira bi storja kbira. L-istorja kalcistika fil-Belt tal-Kavallieri tara l-origini taghha fis-sena 1906. Kien Felic Grima,
                           guvni ta’dsatax-il sena li waqqaf l-ewwel tim fil-Birgu, bl-isem ta’ Vittoriosa Melita.
                           Fl-1908, Il-Vittoriosa Melita rnexxielhom jaslu sal-finali tac-Challenge
                           Cup. L-ahhar ostaklu kien it-tim ta’ Senglea Shamrocks. Din il-finali ntlaghabet nhar l-ewwel ta’Mejju 1908 u
                           ntemmet fi draw ta’wiehed b’wiehed. Il-partita kellha tigi ripertuta gimgha wara. Gimgha wara z-zewg timijiet
                           regghu ltaqghu, izda din id-darba l-Vittoriosani hargu rebbieha fuq il-girien, wiehed b’xejn. Dak inhar il-Vittoriosa
                           Melita gabu l-ewwel unur kalcistiku lejn il-Belt Rebbieha, ic-Challenge Cup. Il-Vittoriosa Melita fl-1911 regghu waslu sal-finali
                           tac-Challenge Cup. Din id-darba quddiemhom kien hemm Valletta United. Il-finali tal-Hadd 19 ta’Marzu 1911 intemmet tnejn
                           b’xejn favur il-Beltin, bil-Vittoriosa Melita Runners-Up.
                           L-1912, kienet is-sena tad-debutt tal-Vittoriosa Melita fl-ghola
                           divizjoni. Din is-sena kienet ukoll is-sena ta’l-ewwel derby kompetittiv bejn Birgu u Bormla. Il-Vittoriosani hargu
                           rebbieha fuq il-Bormlizi, mhux biss, izda hargu rebbieha fuq is-Sengleani wkoll. Il-Vittoriosani kienu l-aqwa tim fil-Kottonera,
                           l-ghira ta’bosta.
                           Il-Vittoriosa Rangers
                           Fl-1916 il-Vittoriosa Melita bidlu l-isem f’Vittoriosa
                           Rangers u wara xi zmien ma jiehdux sehem f’patiti kompetittivi, fl-1921 iddebuttaw fil-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni.
                           Il-Vittoriosa tkompli tkun protagonista ewlenija fix-xena tal-futbol
                           Malti permezz tal-Vittoriosa Rangers. Ir-Rangers fl-istagun ta’ l-1923/1924 irnexxielhom jaslu fit-TIENI post fil-league
                           Nazzjonali, finalisti tal-Cousis Shield (illum l-F.A. Trophy), finalisti tal-Portamier Cup u semi-finalisti fil-Cassar Cup.
                           Issa bis-sahha tal-Vittoriosa Rangers, il-Belt Vittoriosa ma kienitx biss l-aqwa fil-Kottonera izda wkoll fost l-aqwa f’Malta.
                           Minn Rangers Ghal Rovers:
                           L-istagun ta’ l-1924/1925 jerga jara l-Birgu protagonist,
                           meta ir-Rovers irnexxielom jaslu ghal darb’ohra finalisti tal-Cassar Cup u temmew il-League f’nofs il-klassifika.
                           Fl-istagun 1946/47 kienu l-Vittriosa Rovers l-unika tim li gheleb lil Floriana Ajax fil-League, wiehed b’xejn.
                           Il-Vittoriosa Fl-Amateur League:
                           Fl-istagun ta’l-1927/1928 il-Vittoriosani iddebuttaw ma
                           l-Amateurs bl-isem ta’ Vittoriosa Atheltics. Hawn b’tim zghazugh iddominaw u rebhu l-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni
                           bla ma tilfu loghba. Il-Vittoriosani regghu irrepetew dan is-success grandjuz fl-istagun 1930/31, fejn regghu gew inkurunati
                           Champions tat-Tieni divizjoni bla qatt mgheluba.
                           Isiru Stars:
                           Fis-sena 1934 kien imiss isiru Stars. Dan kien possibli bil-fuzjoni
                           tal-Vittoriosa Sparta u l-Vittoriosa United. Issa fil-penizola Vittoriosana tfaccaw l-Istars. Dun Jimmy Brincat introduca
                           l-motto tat-tim tal-Birgu "PER LUDOS AD ASTRA" li bil-Malti jghid "BIL-LOGHOB NITILGHU FL-ISTILEL". 
                           Jibdew jirbhu:
                           Fl-1938/39, qabel mal-gwerra li ratna rebbieha fuq l-ghadu Faxxi-Nazzista
                           waqfet il-futbol Malti, l-Istars kienu ga saru Champions ta’ Section A tat-Tielet Divizjoni u rebhu l-Intersection Final
                           kontra Valletta Prestons. L-ewwel partita ntemmet fi draw ta’wiehed b’wiehed u fir-replay l-Istars hargu rebbieha
                           tlieta b’xejn.